Żejt ifuħ Aromatic oil

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal ŻEJT IFUĦ magħmul minn żewġ partijiet. (i) L-ewwel id waħda titqiegħed bil-pala tal-id tħares ’l fuq fil-livell tal-qadd. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ A u s-saba’ l-kbir idur f’ċirku żgħir fuq il-pala tal-id il-wieqfa mingħajr ma jmissha. (ii) Imbagħad, id waħda tieħu l-forma ta’ 5 bil-ponot tas-swaba’ jmissu u l-id titla’ ’l fuq quddiem l-imnieħer u s-swaba’ jinfirdu ’l barra.

The sign for AROMATIC OIL consists of two parts. (i) First, one hand is placed palm up at waist level. The other hand takes the shape of A and the thumb rotates in a small circle over the palm of the other hand without touching it. (ii) Then one hand takes the shape of 5 with fingertips touching and moves up in front of the nose as the fingers separate outwards.